Sunday, December 22, 2024

Motorsport: Isir il-ħames round tal-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 25 ta Settembru, l-Island Car Club organizza il-ħames round tal-kampjonat Malti tal-Hillclimb. Għal din it-tellieqa il-club uża triq ġdida fil-limiti tas-Siggiewi … it-telgħa tal-Girgenti.

F’dan ir-round diversi sewwieqa jirbħu il-klassijiet rispettivi tagħhom:

Silvio Sciberras rebaħ il-klassi għas-sewwieqa ta’ ‘l fuq minn 60 sena.

Gabriel Sammut kien l-iktar sewwieq veloċi fuq karozza li tingrana fuq quddiem.

Isaac Decelis l-iktar sewwieq veloċi b’karozza tat-triq.

Kurt Aquilina l-iktar sewwieq veloci fuq karozza li tingrana fuq erba roti.

Lucas Pace rebaħ il-klassi għalll-karozzi klassiċi.

Isaac Burlo rebaħ il-klassi għal sewwieqa ta’ taħt il-25 sena.

Stefanie Calleja l-aktar veloċi fost it-tmien sewwieqa femminili.

Filwaqt li Mark Micallef u Terence Vella spiċċaw fit-tielet u t-tieni post fost is-sewwieqa kollha u Hubert Camilleri l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata, b’hekk rebaħ dan ir-round.

Ekonomija

Sport