Saturday, July 20, 2024

Mountain Bike: Kogl u Muscat jiddominaw fil-Majjistral

Aqra wkoll

Anchu Kogl qed jersaq lejn il-possibbiltà li jirbaħ iċ-Cisk 0.0 National Points Series ospitat mill-Malta Mountain Bike Association, hekk kif is-Sibt kiseb rebħa oħra waqt ir-raba’ stadju tas-sensiela li saret fil-Majjistral Park.

Miżmuma f’kundizzjonijiet ta’ħana kbira, it-tiġrija rat lil Clyve Chetcuti fuq quddiem għal parti kbira tat-tellieqa. Warajħ kienu  Kogl, Mark Bonnici, Etienne Bonello, u Etienne Cutajar.

Bħal f’tiġrijiet preċedenti, Kogl adotta approċċ ikkontrollat ​​u strateġiku, fejn resaq il-quddiem matul is-sitt dawriet tat-tellieqa. Minkejja dan, Bonello kien jinsab viċin u kellu possibilta ta’ rebħa li kieku ma kellux panċer fl-aħħar dawra. Kogl ħa r-rebħa. Hu kien segwit minn Chetcuti u Bonello li ħadu it-tieni u t-tielet post rispettivament.  u

Diana Muscat, fil-klassifika tan-nisa kisbet rebħa komda oħra, fejn  poġġiet lilha nnifisha f’pożizzjoni aħjar biex tirbaħ is-serje ta’ din is-sena. Hija kienet segwita fuq il-podju minn Lara Buttigieg u Fiona Tedesco.

Il-Kategorija 40+ intrebħet minn Joaquin Rojas, li din is-serje, għadu bla telfa. Hu kien segwit minn Alex Portelli u Ian Camilleri. Il-Kategorija 50+ intrebħet minn Stephen Grima, segwit minn Adrian Bezzina u Mario Zammit. Il-Kategorija Sport intrebħet minn Josmar Vella, filwaqt li Robert Magro rebaħ il-kategorija E-Bike. L-erba’ rebbieħa bħalissa qegħdin fil-quċċata tal-leaderboards rispettivi tagħhom.

Fil-Kategoriji Junior, James Vassallo rebaħ il-kategorija U19. Ryan Gatt ikkompleta il-kategorija tas-Subien U17. Neil Cassar, Leo Buccheri, u Ethan Cumbo ħadu l-podju tas-Subien U15, filwaqt li Nina Debono u Katie Anne Vella Wood ħadu l-ewwel u t-tieni post fit-tellieqa tal-Bniet U15. Zac Bugeja għeleb lil Zack Saliba għar-rebħa fit-tellieqa U12, b’Nolan Tabone jieħu t-tielet post.

“Bis-Serje toqrob lejn tmiemha, għandna indikazzjoni tajba ta min jista jieħu r-rebħa iżda hemm ħafna determinazzjoni mill-parteċipanti kollha. Dan  jfisser li ħadd mhu ħa jċedi l-ġlieda faċilment. Għalhekk ser jIkollna nistennew sal-aħħar tellieqa, fl-aħħar tax-xahar , biex naraw min se jkunu r-rebbieħa tas-Serje tal-2024 ,” ikkummenta Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association.

Laħħar tiġrija taċ-Cisk 0.0 National Points Series, ser issir nhar is-Sibt, 29 ta’ Ġunju. Il-post tat-tiġrija se jitħabbar mill-Assoċjazzjoni fuq is-siti soċjali rispettivi tagħha.

L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lil Cisk 0.0 Non-Alcoholic Beer, Gatorade, u Majjistral Park għall-appoġġ tagħhom lejn is-Serje.

Ekonomija

Sport