Saturday, May 4, 2024

Mourinho jsostni li Carlo Ancelotti m’għandux iħalli lil Real Madrid

Aqra wkoll

Il-futur ta’ Carlo Ancelotti bħala coach ta’ Real Madrid kien suġġett ta’ spekulaz­zjoni intensa matul l-2023. It-Taljan huwa bla kuntratt fi tmiem l-istaġun, u kien imsemmi ħafna mat-teħid ta’ coach ewlieni tat-team nazzjonali tal-Brażil mis-sajf li ġej ‘il quddiem.

F’dan l-istadju, Ancelotti mhux se jiġi offrut kuntratt ġdid ma’ Real Madrid sa wara li jintemm l-istaġun, għalkemm il-kapijiet tal-club jingħad li huma kuntenti ħafna għalih li jkompli fil-kariga. Mhumiex l-uniċi li jaħsbu hekk.

Meta tkellem mal-midja, José Mourinho – li kien responsabbli f’Los Blancos bejn l-2010 u l-2013 – jemmen li Ancelotti għandu jkompli fil-pożizzjoni attwali tiegħu.

“Meta jkollok super coach, għalfejn tfittex ieħor? Li naf lil Florentino, u naf lilu ħafna, huwa bniedem super intelliġenti u jekk taqra l-istampa, jidher ċar ħafna. Jien, bħala partitarju ta’ Real Madrid, b’qalb bajda u bħala Ancelottista, nittama li l-istaġun imur meraviljuż u li Carlo jkun hemm fl-istaġun li ġej, għax hu l-coach perfett għal Real Mad­rid.

“Miġnun biss iħalli lil Real Madrid meta Real Madrid iriduhom jibqgħu. Dak kont jien, kont l-uniku wieħed. Wara tliet snin, Perez u José Angel Sanchez riedu hekk, biex jien inkompli, iżda jien kont li ddeċidejt li nitlaq. Jien kont miġnun.

“Ninsab ċert li mal-iċken ġest minn Flo­rentino, Carlo jibqa’. Huwa perfett għal Real Madrid u Real Madrid huma perfetti għa­lih.”

Jidher li d-deċiżjoni dwar jekk Ancelotti jibqax ma’ Real Madrid jew le se tkun tiegħu biss. Għalissa, il-partijiet kollha se jkunu ffukati fuq l-istaġun, b’taħditiet dwar kuntratt mistennija ladarba dan ikun konkluż.

Sport