Saturday, January 4, 2025

MPL: Jingħata bidu għall-Closing Round

Aqra wkoll

Matul dawn it-tlett ijiem  tintlagħab l- ew­wel ġurnata tal-Closing Round tal-Malta Premier League fejn it-timijiet kol­lha jerġgħu jibdew minn żero punti, li iżda, huma kontinwazzjoni tal-Opening Round. 

Dan minħabba l-klassifikazzjoni tal-Ewwel Fażi hija mportanti biex fl-aħħar ġurnata tal-Closing Round jitqabblu l-postijiet finali biex jiġu deċiżi dawk it-ti­mijiet li se jilagħbu fil-play-offs għar-rebħ tal- kam­pjonat  kif ukoll dawk għas-salvazzjoni. 

Forsi għad hemm min ma fehemx il-format ta’ dan il-kampjonat minħabba li huwa kemmxejn kumpless iżda mal-kors tiegħu, jibda jingħaqad il-kwadru kollu. 

Pereżempju, Hibernians, Sliema Wan­derers, u Hamrun Spartans, li naqsu milli jikklassifikaw fl-ewwel żewġ postijiet fit-Top Six, xorta waħda għandhom ċans jirbħu t-titlu minħabba li din it-tieni fażi tagħti ċ-ċans lil kull team li jirrimedja u jir­kupra mid- diżappunt tal-Ewwel Fażi. 

Bla dubju, l-attenzjoni se tkun fuq iċ-champions Hamrun Spartans, li temmew fil-ħames post tat-Top Six. Huma għandhom partita delikata kontra Marsa­xlokk. 

Floriana, li rebħu l-Ew­wel Fażi, jibdew favoriti flimkien ma’ Sliema Wanderers u Hibernians fil- konfronti kontra Naxxar Lions, Zabbar St Patrick u Melita rispettivament. 

Partita bilanċjata hija dik bejn Mosta u Gzira United filwaqt Birkirkara jaffrontaw lill-ġirien Bal­zan. 

Kif wieħed jinnota, f’din l-ewwel ġurnata, il-konfronti jlaqqgħu lit-timijiet li spiċċaw fit-Top Six kontra dawk li spiċċaw fil-Bottom Six. 

Floriana v Naxxar L. – Dan huwa konfront bejn it-team li spiċċa fil-quċċata tat-Top Six u dak li temm fl-aħħar post tal-Bottom Six … u għaldaqstant Floriana jibdew favoriti netti li jik­sbu t-tliet punti kontra Nax­xar Lions li ilhom ma jirbħu għal dawn tal-aħħar erba’ partiti li fihom kisbu żewġ punti biss.  

Floriana għandhom lil Aleksandros Kouro sospiż. Min-naħa l-oħra, jirritornaw Fernando Rodriguez De Araujo (Floriana) u Fernando Barbosa Pereira (Naxxar L.) minn sos­pensjoni.

Fil-fażi preċedenti, Flo­ria­na għelbu lin-Naxxarin bl-iskor ta’ 2-0.  

Marsaxlokk v Hamrun S. – Din hija l-aqwa partita ta’ dan il-programm hekk kif Marsaxlokk jimmiraw li jagħmlu double fuq Hamrun Spartans wara li fl-Ewwel Fażi kienu għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. 

Fl-istess waqt, ix-Xlukkajri jridu jpattu għad-di­żappunt li kellhom jikkuntentaw li jilagħbu fil- Bottom Six wara bidu ferm ħażin meta sofrew ħames telfiet konsekuttivi qabel ma ġie ngaġ­ġat il-coach Taljan, En­zo Potenza.

Huma se jilagħbu kontra team li se jkun trasformat minn dak tal-fażi preċedenti li fiha safa megħlub xejn inqas minn sitt darbiet.  

Infatti huma bdew isaħ­ħu l-iskwadra tagħhom b’għadd ta’ akkwisti ġodda.  

Għaldaqstant, il-pressjoni tinsab fuq l-Ispartans hekk kif ma jistgħux ifallu. 

Marsaxlokk ma jistgħux jinkludu lis-sospiżi, Jai Quitongo u Lucas Lopez Dessypris. 

Min-naħa l-oħra, l-Ispartans se jkunu msaħħa bir- ritorn ta’ Luke Montebello, Elionay Freitas Da Silva u Raphael Lopes Silva, minn sospensjoni.  

Zabbar SP v Sliema W. – Sliema Wanderers, li spiċ­ċaw fit-tielet post tat-Top Six jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick li temmew fir-raba’ pożizzjoni tal-Bottom Six. 

Minkejja li l-Wanderers jibdew favoriti, huma jridu juru rispett lil team li fl-aħħar erba’ ħarġiet tiegħu kiseb tliet rebħiet u draw. 

Peró, iż-Żabbarin ma jistgħux jagħmlu użu mis- sospiżi, Brian Ariel Gambarte u Joao Pedro Sa Mendonca. 

Fil-fażi preċedenti, is-­Slimiżi kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Melita v Hibernians – L-objettiv ta’ Hibernians, li ddiżappuntaw fl-Ewwel Fa­żi, huwa li jtemmu fl-ew­wel żewġ postijiet ta’ din it-Tieni Fażi biex ikunu jistgħu jidħlu fil-play-offs deċiżivi u għaldaqstant il-pressjoni tibda taħkem fuq­hom minn din l-ewwel partita … minħabba li ma jistgħux ifallu. 

Huma se jilagħbu kontra team li spiċċa barra miż-żona tar-relegazzjoni u li fl-aħħar partiti tiegħu bħal donnu qabad ir-ritmu. 

Iż-żewġ timijiet għandhom players neqsin għax sospiżi. Hibernians għandhom lil Miullen Felicio Carvalho u Higor Gabriel Fernandes Alves filwaqt li Melita għandhom lil Joao Andres Yepez Morlets iżda jirritorna għalihom Aldair Simanca Pena.

Fl-ewwel fażi, il-Pawlisti għelbu lill-Ġiljaniżi 2-0. 

Mosta v Gzira U. – Din hija partita bejn it-team li spiċċa l-aħħar fit-Top Six, Mosta, kontra Gzira United li spiċċaw fil-quċċata talBottom Six.

Inċidentalment, l-unika rebħa li Mosta rreġistraw fit-Top Six kienet fuq Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1. 

Huma se jinżlu għal din il-partita bl-aqwa formaz­zjo­ni possibbli filwaqt li Gzira għandhom lil Thaylor Aldama u Marcelo Dias sospiżi iżda jirritorna Zach Scerri minn sospensjoni.

Fil-fażi preċedenti, il- Maroons għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0.   

Birkirkara v Balzan – Balzan iridu jinsew l-Ew­wel Fażi wara li spiċċaw fil-post ta’ qabel l-aħħar fil-Bottom Six.

Huma jibdew l-impenji tagħhom kontra Birkirkara li għalihom jirritorna Alessandro Coppola minn sos­pensjoni.

– Cristian Muscat

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport