Saturday, May 4, 2024

Mtarfa Futsal idawru telfa f’rebħa u jibqgħu l-ewwel

Aqra wkoll

Mtarfa u Lija Athletics A baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom fl-Enemed Women’s Futsal League meta kisbu rebħiet konvinċenti kontra Santa Margherita u Lija Athletics B rispettivament.

Mtarfa dawru telfa f’rebħa wara skor ta’ 5-2 kontra Santa Margherita Futsal. Dawn tal-aħħar fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls fil-parti inizjali tal-logħba permezz ta’ Darya Attard u Rohanne Zahra.

Minkejja kollox, Mtarfa baqgħu ffukati u wara li naqqsu l-marġni tal-iskor minn Janice Pace, qabel tmiem l-ewwel taqsima, Oriana Bedingfield għamlithom 2-2.

Fit-tieni taqsima, Mtarfa kienu determinati li jżommu l-ewwel post waħedhom fil-klassifika u żiedu tliet gowls oħra hekk kif Demi Magrin skorjat doppjetta u Shania Spiteri issiġġillat ir-rebħa finali għat-tim tagħha.

Referees kienu Sillah Al Hasana u Antonio Cassar.

Lija Athletics A iddominaw id-derby kontra Lija Athletics B tant li rebħulhom 6-0.

It-tim immexxi minn Jackie Abdilla kienu diġa’ 3-0 minn fuq b’Irena Drugovic li kienet awtriċi ta’ tripletta personali.

Fit-tieni taqsima, Ruth Steer Cheetham irreġistrat doppjetta personali filwaqt li Jasmin Vella għalqet il-konfront favur l-ewwel tim minn Ħal Lija.

Referees kienu Clint Cassar u Stefania Bonnici.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa 16, Lija Athletics A 13, Lija Athletics B 9, University of Malta ACJ Group , Santa Margerita Futsal 7, Swieqi United 6, Parr Mela Rockets Futsal 0

Sport