Sunday, May 5, 2024

Veterans: Gżira United leaders assoluti

Aqra wkoll

Gżira United Veterans qabżu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika hekk kif rebħu l-konfront dirett kontra Birkirkara St Helen’s 8-6. 

Kienet logħba verament sabiħa bejn l-aħjar żewġ timijiet għal dan l-istaġun fil-VMFA Cisk Premier League li baqgħet inċerta sal-aħħar. 

Sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Maroons kienu qed jirbħu 4-2 għalkemm fit-tieni taqsima, l-Istripes bdew ġejjin għalkemm xorta sabuha diffiċli jieħdu xi ħaġa minn din il-partita. 

Valdo Alinho kien l-eroj għal Gżira meta skorja erba’ gowls b’Ian Zammit jsib ix-xibka tliet darbiet. Trevor Cilia ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Birkirkara St Helen’s baqgħu fil-logħba wara erba’ gowls ta’ Ayrton Buhagiar, Malcolm Bugeja u awtogowl. 

Iċ-champions MFPA komplew ġejjin f’tagħhom hekk kif kisbu rebħa kbira ta’ 8-1 kontra Rabat Veterans. 

Il-Malta Football Players Association iddominaw din il-partita u kellhom lil Mark Barbara jiskorja erba’ gowls b’Carlo Mamo li kien awtur ta’ tripletta personali. Roderick Bajada żied ieħor għaċ-champions.

Timothy Zammit irrisponda għal Rabat.

Hibernians irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Żejtun Red Stars 4-2. 

Kienet logħba ferm movimentata speċjalment fl-ewwel taqsima bil-Pawlisti jiskorjaw l-ewwel iżda biż-Żwieten li wettqu reazzjoni sabiex ġabu l-iskor indaqs. 

Fit-tieni taqsima, Hibernians kienu motivati li jiksbu t-tliet punti sabiex jibqgħu fit-taqtiegħa għall-ogħla postijiet tal-klassifika u skorjaw tliet gowls oħra li ssiġġillaw ir-rebħa tagħhom. 

Alan Tabone, Glenn Bonello, Adrian Lanzon u Jeffrey Chetcuti skorjaw għal Hibernians filwaqt li Żejtun Red Stars kellhom lil Nikolay Filipov jiskorja doppjetta. 

Żurrieq Wolves kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Luxol 5-3. 

Iż-Żrieraq kienu ferm determinati li wara rawnd sħiħ fejn ma kisbu l-ebda punti, joħorġu bit-tliet punti minn dan il-konfront b’Luxol li f’xi mumenti dehru sorpriżi bl-attakki tal-avversarji.

Ahmed Trabelsi u Mauro Camilleri skorjaw doppjetta kull wieħed għal Żurrieq Wolves b’Roderick Caruana li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Manolito Micallef, Mauro German Camoranesi u Michael Borg Olivier skorjaw għal Luxol. 

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

Gżira United 22, Birkirkara St Helen’s 19, MFPA 17, Hibernians 15, Rabat Veterans, Luxol 10 , Żejtun Red Stars 9, Żurrieq Wolves 3

Sport