Kulħadd jiftakar il-protesti li kienu saru fl-Istati Uniti u madwar id-dinja imsejħa Black Lives Matter. Kienu protesti li saru fis-sena 2020 minħabba il-qtil ta’ George Floyd mill-Pulizija.

F’Washington kien sar mural fit-triq fil-qalba ta’ Washington. Kien mural li serva bħala simbolu qawwi ta’ attiviżmu u post ta’ reżistenza. Ġara iżda li issa bil-bidla fl-amministrazzjoni tal-Istati Uniti ittieħdet deċiżjoni li dan jitneħħa.
“Id-deċiżjoni li jitneħħa l-mural enormi ħdejn il-White House ġejja wara li Rep tal-Istati Uniti Andrew Clyde, introduċa leġiżlazzjoni ftit jiem ilu li tat ultimatum biex jew jinżebagħ is-slogan jew jirriskja li jintilfu l-fondi federali. L-abbozz talab ukoll li ż-żona fiċ-ċentru tad-D.C. tiġi Liberty Plaza.

Ma naqsux protesti kontra din id-deċiżjoni li proprju fl-aħħar sigħat bdiet il-ħidma biex l-art tinżebagħ.