Sunday, December 22, 2024

Musulmani jagħtu n-nar lil erbat iknejjes Kattoliċi wara li xi Nsara ħarqu l-Quran

Aqra wkoll

Grupp kbir ta’ Musulmani fil-Pakistan ħarġu jipprotestaw u anke taw in-nar lil erbat iknejjes Kattoliċi wara li allegatament xi Nsara taw in-nar lill-Quran.

Jidher li l-Musulmani bdew jidħlu fid-djar tal-Insara fejn kissru kulma sabu quddiemhom. Residenti fil-belt ta’ Jaranwala qalu li d-djar tagħhom inqerdu għal kollox mill-Musulmani.

Il-pulizija qalu li kienu arrestaw aktar minn 100 dimostrant kif ukoll fetħu investigazzjoni dwar dak li qed jallegaw. Minkejja li s’issa ma kienx hemm persuni li nqatlu, fil-belt hemm tensjoni kbira, bil-pulizija jgħidu li qegħdin jipprovaw jikkalmaw l-affarijiet minħabba biża’ li l-ġlied ikompli jeskala.

L-awtoritajiet qalu li kienu arrestaw żewġ Insara wara li kienu ġew identifikati mill-mexxejja tal-Musulmani li kienu huma li ħarqu l-Quran. Jekk dawn jinstabu ħatja allura jistgħu jingħataw il-piena tal-mewt.

Ekonomija

Sport