Thursday, April 25, 2024

Naddattaw ruħna għal normal ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn Malcolm Paul Galea

L-imxija tal-COVID 19 naqset mill-intensita tagħha imma għadha m’ghaddietx. X’ifisser dan?

Ifisser li sabiex aħna nibqgħu ngħixu fis-soċjetà tagħna bħal qabel, se jkollna nadattaw għal stil ta’ ħajja li fiha dan il-virus se jkun qed jgħix magħna. 

Ma nistgħux ngħixu f’biza li ma jaqbadnix. Hija mpossibli. Bħallikieku persuna taqbad lil uliedha u ssakarhom ġewwa għal żmien indefinit għaliex tibża li jimirdu. Kemm se ddum sejjer hekk? Fl- aħħar t-tendenza tkun li jkollok ribelljoni u l-affari taħrablek minn taħt il-kontroll tiegħek! Mhux talli hekk, talli wara tinduna li l-impatt mentali li tkun ħallejt fuqhom se jkun b’sahhtu biżżejjed li probabbilment se jaffetwahom għal bqija ta’ ħajjithom. Xhin tpoġġi dan fil-bilanċ, faċli tinduna li, mingħajr intenzjoni ħażina,  tkun għamilt ħafna iktar ħsara milli ġid!

Sabiex ir-rata ta’ suċċess tikber, it-triq hija sempliċi… għallem! Irridu nibqgħu nedukaw lil poplu tagħna sabiex nġeddu il-metodi ta’ kif ngħixu!

Użanzi elementari bħal ħasil tal-idejn u ż-żamma tad-distanza minn persuna għal oħra għandhom jiġu mfakkra, mħarsa u għaldaqstant jiġu n-norma.

Nies vulnerabbli għandhom jaċċettaw il-fatt li huma vulnerabbli, anzi probabbli li iktar ma jikbru fl-eta, aktar se jkunu vulnerabbli. Proprju għalhekk hija responsabbiltà tagħhom l-ewwel u fuq kollox li jipproteġu ruħhom u mhux jistennew biss li ħaddieħor jipproteġi lilhom! Ejja ma nistennewx li ħaddieħor se jkun responsabbli għalina jekk lanqas aħna stess mhux se nkunu responsabbli tagħna nfusna!

Kull min mhux vulnerabbli, minn naħa l-oħra, irid jifhem li huwa hu l-mod ewlieni kif din l-imxija tista tinxtered! Dan għaliex, probabbli dawn in-nies se jkunu l-iktar nies li qegħdin jimmobilizzaw u jgħixu l-ħajja kważi fis-sħiħ tan-normal tagħha! Possibilment, sejrin jkunu wkoll dawk il-pazjenti bi ftit jew xejn sintomi! Għalhekk irridu nifhmu li apparti li nżommu mal-miżuri li huma ssuġġeriti mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, irridu noqgħodu attenti li anke b’sintomi ħfief kemm huma ħfief ma mmorrux fejn nies vulnerabbli bħal anzjani tagħna! Ma nibgħatux lil uliedna morda l-iskola! Ma nibqgħux bil-mentalita ta xejn mhu xejn!

Id-Dipartiment tas-saħħa pubblika għamel u baqa jagħmel xogħlu, l-gvern għamel u għadu qed jagħmel dak kollu li jista; issa li qegħdin jiġu rilaxxati l-miżuri, r-responsabbiltà qiegħda taqa dejjem iktar fuqna. Il-ballun f’saqajna.

Sport