Saturday, December 21, 2024

“Nagħmel kull mezz biex it- tradizzjonijiet fil-lokal ma jintilfu qatt”

Is-Sindku ta’ Ħad-Dingli Raymond Schembri dwar il-Wirja Agrarja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kull raħal huwa uniku u t-tradizzjonijiet ma għandhom jinqatgħu qatt. Dan sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri ikunu jafu kif kienet il-ħajja ta’ missirijietna u jitgħallmu japprezzaw il-ħajja kif kienet qabel ma avvanzat. 

Dan kien kliem is-Sindku ta’ Ħad-Dingli, Raymond Schembri f’intervista ma’ dan is-sit, fejn irrimarka li bħalissa r-raħal ta’ Ħad-Dingli għaddej bil-preparamenti sabiex tittella’ l-Wirja Agrarja fl-aħħar ġimgħa tax-xahar ta’ Ġunju. 

Huwa spjega x’jinvolvu l-preparamenti biex jittella’ dan it-tip ta’ avveniment. Is-Sur Schembri qal li din l-attivitá tinvolvi xhur ta’ preparamenti. Spejga li l-ewwel ħaġa li ssir hija li tiġi approvata d-data tal-avveniment bi qbil mal-membri kollha tal-Kunsill Lokali. Fost iil-preparamenti l-aktar importanti hemm il-permessi kollha neċessarji, fost l-oħrajn il-permessi ta’ għeluq it-toroq u kif ukoll l-immaniġjar tat-traffiku u tal-karozzi għal dakinhar tal-Wirja Agrarja. Żied jgħid li permessi oħra jikkonsistu biex ir-raħħal jkunu jistgħu jġorru l-bhejjem tagħhom għal din il-wirja. 

Is-Sindku irrimarka wkoll li jsiru diversi preparamenti minn ġewwa l-uffiċini tal-kunsill lokali.  Huwa qal li l-kunsill jieħu ħsieb l-kitba u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem u joħorġu kwotazzjonijiet għal min ikun qiegħed joffri diversi servizzi. Barra minn hekk, l-uffiċini jagħmlu ċert li jitqassmu posters u leaflets bieb bieb. 

Fir-rigward tal-Wirja Agrarja fir-raħal pittoresk ta’ Ħad-Dingl, is-Sindku qal li din il-wirja hija magħrufa l-aktar għal kompetizzjonijiet tan-nagħaġ u mogħoż, fejn fost l-oħrajn ikun hemm kompetizzjoni tal-iktar nagħġa jew mogħża li taħleb ħalib f’ħin ta’ 24 siegħa. Huwa qal; ‘’ Għal l-ewwel darba, is-sena l-oħra sar it-tberik tal-annimalii u din is-sena din se tkun qegħda ssir ukoll’’ . Temm jgħid li għal din is-sena, kien hemm numru rekord fir-reġistrazzjoni tal-bhejjem. Barra minn hekk, f’din il-wirja se jkun hemm ukoll kompetizzjoni li tinvolvi tfal bejn 5 snin u 12 -il sena, fejn fiha se jintagħżlu tliet tpinġijiet fuq it-temi lokali. 

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal diin il-wirja,  fejn fiha se jkun hemm ukoll kant, għana u makjetti Maltin. Se jkun hemm ukoll diversi stands li jesebixxu l-prodotti imkabbrin u maħdumin ġewwa l-lokalitá ta’ Ħad-Dingli. Fosthom, se jkun hemm ħxejjex, naħal u għasel Maltin, ġelat Malti u xogħlijiet magħmula bl;-idejn bħal bizzilla u fuħħar. Se jkun hemm ukoll kollezzjoni ta’ muturi tal-hart antiki, pitturi 

Meta mistoqsi kieku jkollu jwassal messaġġ xi jkun, huwa qal li; ‘’Din il-Wirja Agrarja għall-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli huwa l-aktar avveniment importanti li jorganizza tul is-sena. Dan għax, nibqgħu nippromovu it-tradizzjonijiet kemm tal-passat u kif ukoll tal-preżent. Naħdmu b’kull mezz possibli sabiex Ħad-Dingli jibqa’ jżomm il-karatteristici tiegħu, anke permezz ta’ din il-Wirja Agrarja, karatteristiċi li jagħmlu Ħad-Dingli uniku. Ħad-Dingli huwa raħal rurali b’xeni u veduti mill-isbaħ. Ghalhekk bħala Sindku nappella lil kulħadd sabiex nhar il-Ħadd, 28 ta’ Mejju, jingħaqad maghna għal harga ħewwa Ġnien il-Ħaddiem fejn għal ġurnata sħiħa wieħed jista’ jesperjenza dak kollu li joffri ir-raħal ta’ Had-Dingli’’. 

Ekonomija

Sport