Hekk kif Napoli tilfu lil Alessandro Buongiorno wara injury li nqalgħetlu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, huma qed jaħsbu għal alternattiva oħra u qed isegwu żewġ profili interessanti u dawn huma Adrian Ismajli u Luis Felipe.
Ismajli għandu 28 sena u hu plejer Albaniż li jilgħab ma’ Empoli filwaqt li Felipe jinsab bla klabb wara l-aħħar esperjenza li kellu ma’ Al Ittihad.
Hemm ukoll il-possibbilta’ li Napoli jmorru għal Danilo li bħalissa hu reġistrat ma’ Juventus.