Napoli qed jirsistu sabiex iġibu lejn Stadio Diego Armando Maradona lill-attakkant prolifiku Urugwajan, Darwin Nunez. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u jilgħab ma’ Liverpool fl-Ingilterra. Hu skorja 25 gowl fi 92 partita.
Il-kowċ Antonio Conte identifika lil dan il-plejer li jaf ikun ta’ spalla fl-attakk għal Romelu Lukaku.
Nunez fil-passat lagħab ukoll ma’ Penarol, Almeria u Benfica.