Fis-Serie A, il-leaders Napoli fallew żewġ punti importanti meta ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Sassuolo wara li fetħu vantaġġ minn Fabian Ruiz (51) u Dries Mertens (59). Iżda Gianluca Scamacca (71) u Gian Marco Ferrari (89) salvaw ir-riżultat għat-team ospitu … u fetħu beraħ l-isfida għar-rebħ tat-titlu.
Inter v Spezia – Inter kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Spezia bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Roberto Gagliardini (36) u Lautaro Martinez (58 pen).
Bologna v Roma – Roma marru għand Bologna u sfaw megħluba bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Mattias Svanberg (35).
Genoa v Milan – Milan irritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Zlatan Ibrahimovic (10) u Junior Messias (45, 61).