Monday, April 15, 2024

“Naqqasna nofs il-qgħad li ġab il-Covid-19” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela iddikjara li naqset bin-nofs iż-żieda fil-qgħad ikkaġuna mill-Covid19.

Huwa kien qed jirreaġixxi għall-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar il-qgħad għax-xahar ta’ Awwissu li għadda. Abela nnota li dan kien it-tielet xahar konsekuttiv li fih naqas in-numru ta’ dawk ifittxu xogħol bir-rata tinżel minn 4.5% f’Mejju għal 4.1% f’Awwissu. L-istatistika turi li r-rata tal-qgħad matul ix-xahar li għadda kienet tvarja minn dik ta’ 3.8% fost l-irġiel għal 4.4% fost in-nisa.

F’dawk li għandhom bejn 15 u 24 sena r-rata laħqet id-9.5% mentri fost dawk li għandhom bejn 25 u 74 sena kienet ta’ 3.4%.

Ekonomija

Sport