Sunday, December 22, 2024

National Lottery PLC tappoġġa l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) u National Lottery plc, l-operatur tal-Lotterija Nazzjonali ta’ Malta u parti minn IZI Group plc, ħabbru flimkien il-bidu ta’ sħubija għad-XIX Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) li ser jkunu ospitati f’Malta aktar tard din is-sena.

Is-sħubija tħabbret fil-kwartieri ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti mill-President tal-KOM Julian Pace Bonello, is-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi u l-Kap Kummerċjali tan-National Lottery plc Franco Degabriele.

“L-atleti tat-Team Malta kienu impenjati bis-sħiħ biex iwasslu l-aqwa prestazzjoni tagħhom f’Malta matul il-GSSE. It-tħejjija tagħhom tiddependi fuq l-appoġġ finanzjarju, u dan huwa permezz ta’ organizzazzjonijiet bħal National Lottery plc li l-vjaġġ tagħhom lejn GSSE 2023 isir possibbli.” irrimarka Julian Pace Bonello, President,  Kumitat Olimpiku Malti.

Hekk kif fadal biss 122 jum sakemm issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-GSSE 2023, l-appoġġ finanzjarju ta’ National Lottery plc huwa kontribuzzjoni milqugħa ħafna li se tkompli tgħin fit-tħejjijiet għall-atleti tat-Team Malta hekk kif jitħejjew biex jikkompetu f’darhom.

“IZI Group plc u speċifikament National Lottery plc kienu impenjati b’mod attiv biex jikkontribwixxu lejn proġetti ta’ importanza nazzjonali f’diversi setturi, wieħed minnhom huwa l-isports. Din il-ħidma biex tappoġġja t-talent lokali fl-isport hija parti integrali mill-proposta ta’ valur ESG tal-Grupp,” qal Franco De Gabriele, Uffiċjal Kap Kummerċjali ta’ National Lottery plc. “Hemm ħafna entużjażmu biex nibdew dan il-vjaġġ mal-KOM f’dak li jwiegħed li ser jkun wieħed mill-aktar avvenimenti sportivi importanti u mfittxija fl-2023. Aħna fiduċjużi li l-kontribut tagħna se jkompli jappoġġja t-talent lokali biex jagħti r-riżultati mixtieqa għal Team Malta fil-GSSE 2023.”

Id-XIX Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa mistennija tilqa ‘l fuq minn 1,000 atleta u 500 uffiċjal f’10 dixxiplini sportivi ospitati fi ħdax-il post madwar Malta.

Malta ospitat il-Logħob f’żewġ okkażjonijiet preċedenti – 1993 u 2003.

Ekonomija

Sport