Monday, May 13, 2024

Nemmen li għandi futur tajjeb fil-futbol Malti u nemmen fil-kapaċitajiet tiegħi li nista’ navvanza fil-karriera tiegħi – Jacob Carabott

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn mindu kelli erba’ snin meta bdejt nilgħab mal-Melita FC u ilni nilgħab sal-lum il-ġurnata.

X’tikkummenta fuq l-aħħar staġun ta’ Pembroke fl-Amateur League?

Dan l-istaġun kellu ħafna tajjeb u mumenti diffiċli, peró naħseb li kollha naqblu li fl-aħħar irnexxielna u spiċċajna bil-pożittiv kif kien tassew ħaqqna.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Jeffrey Mifsud?

Jien nsab grat u napprezza ħafna l-opportunitá li tani l-kowċ Jeffrey Mifsud li emmen fija bħala plejer tal-youths biex nilgħab mal-kbar.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt fl-Amateur League?

Iva, bħall-pajjiżi oħrajn nemmen li hemm differenzi fil-livelli tal-kampjonati peró mhux dejjem il-każ li timijiet fil-kampjonati ta’ fuq jirbħu lil ta’ taħt speċjalment f’xi logħba tan-knock-out.

Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta’ livell ikkomparati mal-plejers Maltin?

Nemmen li kull tim jista’ jġib barranin biex isaħħaħ it-tim, peró l-klabbs Maltin iridu jieħdu ħsieb it-talent u l-potenzjal Malti.

Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Amateur League?

Il-grawnds ta’ Malta huma tajbin, peró hemm bzonn naqra arranġamenti speċjalment fi grawnds bħal tal-Mosta, u ovvjament għall-Amateur League l-aqwa grawnd li dejjem nieħdu gost nilagħbu fih huwa s-Centenary Stadium.

X’taħseb dwar il-kontroll tar-referis fl-Amateur League?

Nemmen li l-kontroll tar-referis huwa tajjeb peró nemmen li r-referis għandhom jinżammu għal-livelli iktar għoljin u professjonali għax rajna ħafna żbalji li setgħu jiġu evitati.

Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xoghol tieghek u mal-futbol?

Jien naħdem part-time u għadni nistudja, u għalhekk nilħaq nibbilanċja x- xogħol u l-futbol b’mod tajjeb.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nemmen li għandi futur tajjeb fil-futbol Malti u nemmen fil-kapaċitajiet tiegħi li nista’ navvanza fil-karriera tiegħi.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi lit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaspiraw biex ikollhom karriera fil-futbol huwa biex iżommu ruħhom dixxiplinati u jissagrifikaw u jaħdmu biex jirnexxu u ma jaqtgħu qalbhom qatt!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport