Monday, May 20, 2024

UEL: Atalanta se jaffrontaw lil Bayer Leverkusen fil-finali

Aqra wkoll

Atalanta u Bayer Lever­kusen se jiltaqgħu fil- finali tal-UEFA Europa Lea­gue li se tintlagħab fit-22 ta’ Mejju, f’Aviva Stadium f’Dublin, wara li ssuperaw lill-avversarji tagħhom.

Atalanta v Marseille …… 3-0

(Agg: Atalanta 4-1)

Atalanta għelbu lil Marseille bl-iskor ta’ 3-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 4-1.

Huma kellhom bidu taj­jeb hekk kif fis-seba’ minuta kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Charles De Ketelaere dar mal-goalkeeper avversarju iżda x-xutt tiegħu ħabat man-naħa ta’ barra tal-lasta.

Fit-30 minuta, huma ħadu l-vantaġġ meta x-xutt ta’ Ade­mola Lookman minn barra l-kaxxa ġie devjat għal ġox-xibka.

Fit-52 minuta, il-Berga­maschi rduppjaw bi ġmiel ta’ goal ta’ Matteo Ruggeri li fajjar kanunata għar-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Fil-ħin miżjud, l-attakkant El Bilal Toure, issiġilla r-rebħa b’xutt imdawwar.

Leverkusen v Roma …. 2-2

(Agg: Leverkusen 4-2)

 – Leverkusen spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Roma biex għaddew b’aggregate ta’ 4-2.

Konxji mill-fatt li riedu rebħa b’differenza ta’ żewġ goals, Roma mill-ewwel ħarġu fuq l-attakk u fis-seba’ minuta, Romelu Lukaku kien għoddu fetaħ l-iskor iż­da sab lill-goalkeeper, Ma­tej Kovar attent.

L-ewwel azzjoni min-naħa ta’ Leverkusen waslet fis-17-il minuta meta Exe­quiel Palacios venven xutt minn tarf il-kaxxa, li iżda, il-goalkeeper Mile Svilar salva bi tbatija. 

Fit-30 minuta, Leverku­sen kienu sforutanti meta Exequiel Palacios minn barra l-kaxxa ħabat mal-mimduda.

Fid-39 minuta, kien Svilar li salva lil Roma b’żewġ saves fuq Amine Adli’ u Adam Hlozek.

Peró, fit-43 minuta, kienu Roma li fetħu l-iskor minn penalty ta’ Leandro Paredes wara li Jonathan Tah waqqa’ lil Sardar Azmoun fil-kaxxa.

Fis-66 minuta, l-istess Paredes reġa’ skorja mill-11-il metru wara li Adam Hlozek mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Peró, auto-goal ta’ Gian­luca Mancini (83) u goal ta’ Josip Stanisic (97) qatgħu l-passaġġ għall-finali għal Leverkusen li għadhom mhux megħluba fil-kompetizzjonijiet kollha. 

UEFA CONFERENCE  LEAGUE

Olympiakos v Aston Villa ………2-0

(Agg: Olympiakos 6-2)

Olympiakos se jiffaċċjaw lil Fiorentina fil-finali li se tintlagħab fid-29 ta’ Mejju, f’Agia Sophia Stadium, f’Ateni, meta għelbu lil Aston Villa 2-0 għal aggregate ta’ 6-2.

Il-Griegi fetħu l-iskor fl-10 minuta minuta, minn Ayoub El Kaabi li ikkonkluda mill-cross fil-baxx ta’ Daniel Podence.

El Kaabi spiċċa l-protagonista tat-team meta fil-81 minuta skorja t-tieni goal fost id-dellirju tal-partitarji ta’ Olympiakos. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport