Tuesday, November 26, 2024

“Nemmnu fl-Isptar tal-Annimali… lesti anke niltaqgħu mal-Oppożizzjoni”

- il-Ministru Anton Refalo

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo stqarr li l-Gvern jemmen fl-isptar tal-annimali u qiegħed jaħdem biex dan jerġa’ jibda jiffunzjona anke b’mod temporanju.

Meta kien qed iwieġeb lid-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti, il-Ministru Refalo rrimarka li l-isptar kien qiegħed jaħdem iżda ġara li kien hemm “power surge” u awtomatikament il-kompjuters tiegħu tħassru.

“Hemm ukoll claim mal-insurance tiegħu għaddejja. Il-Gvern jemmen f’dan l-isptar. Dan hu l-uniku sptar li hawn f’Malta u Għawdex. Hemm bżonn li bħala Gvern u Oppożizzjoni niftehmu biex naraw li dan l-isptar jerġa’ jinfetaħ.”

Il-Ministru Refalo qal li huwa lest li jiltaqa’ mal-Oppożizzjoni, jaraw il-lest niltaqa’ mal-ppożizzjoni kif dejem kontt lest, naraw dan il-kutnratt bejniethom u naraw kif nistgħu jiġi rranġat.

Nagħti l-id tal-ħbiberija bex niltaqgħu għax din hi problema għalija nazzjoali lest niltaqa’ u naraw kif nistgħu nirranġawh flimkien

Sport