Wednesday, July 24, 2024

Raġel b’ċittadinanza Maltija u Amerikana qed jistenna li jkun evakwat minn Gaza

Aqra wkoll

Il-Gvern Malti jinsab f’taħditiet ma’ uffiċjali Amerikani biex raġel li għandu ċittadinanza Maltija u Amerikana li bħalissa jinsab f’Gaza jkun jista’ jitlaq mill-pajjiż.

L-awtoritajiet Maltin jinsabu f’kuntatt ma’ dawk Amerikani sabiex din il-persuna tiġi evakwata hekk kif jinfetaħ il-qsim ta’ Rafah, bejn Gaza u l-Eġittu.
Kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg li żvela dan fi stqarrija ministerjali li għamel fil-Parlament.

Huwa ċċara li dan ir-raġel fl-ebda mument ma kien miżmum ostaġġ mill-Ħamas iżda huwa l-unika persuna identifikat li fadal fuq in-naħa ta’ Gaza li qed jitlob għall-għajnuna sabiex joħroġ mill-pajjiż

Ekonomija

Sport