BirdLife Malta qed tallega li matul il-lejl bejn it-12 u t-13 ta’ Ottubru persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu fir-Riserva Naturali tal-Għadira minn żona mwarrba. Skont l-istess stqarrija, għamlu użu minn twavel tal-injam biex qabżu ċ-ċint.
Birdlife Malta qalet li l-aktar parti ta’ niket f’dan kollu hija li tnejn mit-tliet Fjamingi żgħar li dan l-aħħar inħelsu lura fir-riserva wara perjodu ta’ rijabilitazzjoni sparixxew.
Birdlife Malta qed issostni li “Nemmnu li dawn jew inqatlu, inkella nsterqu.”
Intant il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar dan il-każ.