Friday, July 19, 2024

Netanyahu jxolji l-kabinett tal-gwerra Iżraeljan

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu xolja l-kabinett tal-gwerra Iżraeljan li kien qed jissorvelja l-kunflitt f’Gaża. B’hekk warrab lill-alleati tal-lemin estrem u apparentement ikkonsolida l-ħakma tiegħu fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-gwerra mal-Ħamas f’Gaża u l-Hezbollah madwar il-fruntiera tal-Libanu.

Il-Prim Ministru ħabbar dan il-pass lill-ministri u qal li l-kabinett tal-gwerra ġie stabbilit bħala parti minn ftehim li fih il-politiku moderat Benny Gantz u l-partit tiegħu tal-għaqda nazzjonali ssieħbu f’koalizzjoni ta’ emerġenza s-sena li għaddiet.

Gantz irriżenja ġimgħa ilu u fil-frattemp Netanyahu allegatament informa lill-ministri li l-kabinett tal-gwerra ma kienx għadu meħtieġ aktar.

Gantz, li kien wieħed mill-membri tal-kabinett tal-gwerra, dan l-aħħar kien telaq mill-koalizzjoni flimkien ma’ Gadi Eisenkot, wieħed mit-tliet osservaturi fil-korp.

Netanyahu issa mistenni jagħmel konsultazzjonijiet dwar il-gwerra ta’ Gaża ma’ grupp żgħir ta’ ministri, inkluż il-ministru tad-difiża, Yoav Gallant, u l-ministru tal-affarijiet strateġiċi, Ron Dermer, li kien ukoll fil-kabinett tal-gwerra.

Ix-xoljiment tal-kabinett tal-gwerra x’aktarx li ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-kunflitt, u t-teħid tad-deċiżjonijiet se jirritornaw lura għal għand il-kabinett tas-sigurtà. Mandankollu, analisti jgħidu li r-ramifikazzjonijiet politiċi jistgħu jkunu aktar sinifikanti.

Din il-mossa ta’ Netanyahu tidher li hija intenzjonat għall-alleati tal-lemin estrem fil-koalizzjoni, inkluż il-ministru tas-sigurtà nazzjonali, Itamar Ben-Gvir, li kien ilu jipprova jikseb post fil-kabinett tal-gwerra mit-tluq ta’ Gantz wara li lmenta li kien ġie imwarrab mid-deċiżjonijiet ewlenin.

Rapporti fil-midja bil-lingwa Ebrajka qalu li Netanyahu għandu l-ħsieb li jieħu deċiżjonijiet ewlenin fil-laqgħat mal-konsulenti tiegħu stess, eskluż Ben-Gvir, qabel ma jippreżentahom lill-kabinett tas-sigurtà. Il-mossa seħħet fost firdiet ta’ opinjoni bejn Netanyahu u kmandanti anzjani tal-Forzi tad-Difiża Iżraeljana.

Skont rapporti fil-midja Iżraeljana lbieraħ, Netanyahu qal fil-laqgħa regolari tal-kabinett sħiħ li “sabiex jilħaq l-għan li jelimina l-kapaċitajiet tal-Ħamas, kien ħa deċiżjonijiet li mhux dejjem kienu aċċettabbli għall-iskala militari”.

Il-fiduċja f’Netanyahu qed tikber dejjem hekk kif in-numri tal-istħarriġ tal-Prim Ministru tjiebu mit-tluq ta’ Gantz li fil-votazzjoni, dan tal-aħħar naqqas l-appoġġ drastikament.

Ekonomija

Sport