Tuesday, April 30, 2024

Neuer u Goretzka lura fit-tim wara li nstabu negattivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Aħbar tajba għal Bayern Munich li se jkollhom lill-goalkeeper Manuel Neuer u Leon Goretzka fl-iskwadra wara li kien maħsub li seta’ kellhom il-Covid-19.

Iż-żewġ plejers kienu qed jagħmlu s-sessjoni ta’ taħriġ mat-team nazzjonali Ġermaniż u ħassewhom ma jifilħux filwaqt li kellhom sintomu tal- Covid-19. 

Madankollu wara li għamlu l-iswab test irriżulta li l-ebda minnhom ma nstab pożittiv u għalhekk jistgħu jkunu għad-dispożizzjoni tal-coach Julian Nagelsmann fi tmiem din il-ġimgħa meta huma jilagħbu kontra Bayer Leverkusen il-Ġimgħa filgħaxija.

Sport