Tuesday, April 16, 2024

Imut ir-rapper Coolio magħruf għal Gangsta’s Paradise

Aqra wkoll

Ir-rapper Amerikan Coolio, magħruf għad-diska Gangsta’s Paradise, miet f’Los Angeles fl-età ta’ 59 sena. Il-maniġer tiegħu Jarez Posey qal lill-midja li l-artist instab minn ħbieb tiegħu mixħut mal-art fil-kam­ra tal-banju. 

Coolio kien daħal fix-xena tal-mużika rap fis-snin 80 u kien kiseb suċċess enormi meta fl-1995 kien irrekordja Gangsta’s Paradise. S’issa l-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa, iżda f’kummenti li Posey ta lil TMZ jidher li t-tobba qed jimxu fuq l-ipoteżi li l-artist sofra attakk tal-qalb.

Collio, li ismu proprja huwa Artis Leon Ivey Jr, kien rebaħ Grammy għal Gangsta’s Paradise u kien parti mis-soundtrack tal-film Dangerous Minds li fih taħdem l-attriċi Michelle Pfeiffer.

Ekonomija

Sport