Il-belt ta’ New York nidiet restrizzjonijiet ġodda bil-għan li tikkontrolla l-imxija tal-Covid-19, bis-Sindku Bill de Blasio jgħid li r-restrizzjonijiet huma l-aħħar ċans għall-belt biex twaqqaf t-tieni mewġa tal-pandemija.
Intant bars, restoranti u gyms se jkunu qed jagħlqu fl-10.00 p.m., bin-nies jistgħu jiltaqgħu fi gruppi ta’ mhux aktar minn għaxra.
L-Istati Uniti qed tiffaċċja żieda sinjifikanti fin-numru ta’ każi ġodda ta’ Covid-19, b’numru rekord ta’ 65,368 pazjent iikunu qed jirċievu kura fi sptarijiet sal-bieraħ.
Il-Covid Tracking Project irrapporta wkoll rekord ta’ 144,270 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-Istati Uniti qed imutu medja ta’ 900 persuna kuljum kaġun tal-virus.
Today’s indicators:
— Mayor Bill de Blasio (@NYCMayor) November 11, 2020
• 94 patients admitted to the hospital
• 817 new cases
• The infection rate 7-day average is 2.52%
This is our LAST chance to stop a second wave.
We can do it, but we have to act NOW.
Matul dawn l-aħħar tmint ijiem l-Istati Uniti kienet qed tirreġistra ’l fuq minn 100,000 każ ġdid kuljum. Esperti qed jisħqu li s-sitwazzjoni attwali jaf tkun agħar mix-xenarju li kien reġistrat fir-rebbiegħa u s-sajf. Huma qed iwissu wkoll li l-isptarijiet mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu man-numru ta’ pazjenti li qed jiddaħħlu l-isptar għall-kura.
Matul il-jum tal-bieraħ, membru mill-grupp ta’ konsulenti tal-President-elett Joe Biden qal li l-pandemija tista’ tinġieb taħt kontroll permezz ta’ lockdown ta’ bejn erbgħa u sitt ġimgħat.
Dr Michael Osterholm qal li l-Gvern jista’ jissellef biżżejjed flus biex ikopri nuqqas ta’ dħul għal negozji matul dan il-perjodu ta’ shutdown.