Monday, December 23, 2024

New Zealand se tiftaħ il-fruntieri tagħha mix-xahar id-dieħel

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

New Zealand ħabbret pjanijiet biex terġa’ tiftaħ il-fruntieri tagħha għal vjaġġaturi barranin wara aktar minn sentejn magħluqa minħabba l-Covid-19.

L-Awstraljani se jitħallew jidħlu fil-pajjiż mingħajr il-bżonn li jagħmlu perjodu ta’ kwarantina jew iżolament mit-13 ta’ April. 

Vjaġġaturi mlaqqma b’mod sħiħ minn madwar 60 pajjiż fuq “il-visa-waiver list” se jkunu jistgħu jaslu mit-2 ta’ Mejju li jinkludu r-Renju Unit u l-Istati Uniti. Mal-wasla tagħhom fil-pajjiż iridu jippreżentaw test negattiv tal-Covid. 

New Zealand kienet għalqet il-fruntieri tagħha f’Marzu 2020 u baqgħu magħluqa ħlief għall-ivvjaġġar ta’ grupp żgħir ta’ nies mal-Awstralja. Bħalissa ċittadini ta’ New Zealand biss huma permess jidħlu u joħorġu fil-pajjiż. 

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li New Zealand tinsab “lesta li tilqa’ lura lid-dinja”.

Ekonomija

Sport