Monday, May 13, 2024

Newcastle interessati f’Marc Cucurella

Aqra wkoll

Newcastle United għadhom qed jirfinaw l-iskwadra u wara l-impatt pożittiv li kellhom ma’ Sandro Tonali li diġa’ sab ix-xibka fi tmiem il=ġimgħa li għaddiet kontra Aston Villa hekk kif rebħu 5-1, issa qed ifittxu winger li jista’ jaqdi l-ħtiġijiet tattiċi tal-kowċ Eddie Howe. 

Il-Magpies jinsabu interessati f’Marc Cucurella li bħalissa hu reġistrat ma’ Chelsea iżda li jista’ jispiċċa jilgħab f’St James Park. Dan tal-aħħar ftit jidher li se jingħata spazju mill-kowċ il-ġdid Mauricio Pochettino u hu għalhekk li qed jaħseb f’destinazzjoni oħra.

Cuccurella għandu 24 sena, lagħab 24 darba mal-Blues iżda qatt ma kellu ċ-ċans jiskorja xi gowl.

Sport