Wednesday, April 24, 2024

Newcastle iridu lil Victor Osimhen akkost ta’ kollox 

Aqra wkoll

Isem l-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen se jkun qed jissemma’ ħafna tul dan is-sajf hekk kif bosta klabbs Ingliżi qed ifittxu s-servizzi tiegħu. Fost dawn hemm Newcastle United li issa li għandhom bir bla qiegħ, lesti li jonfqu somma konsiderevoli sabiex jakkwistawh mingħand Napoli.  

Għalkemm ma ssemmiet l-ebda ċifra partikolari, il-Magpies huma lesti sabiex jakkwistawh akkost ta’ kollox.  

Osimhen għen lil Napoli jirbħu t-tielet kampjonat fl-istorja wara nuqqas ta’ 33 sena.  

Sport