Friday, December 20, 2024

Neymar erba’ goals ‘il bogħod milli jilħaq ir-rekord ta’ Pele bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Brażil

Aqra wkoll

Neymar skorja żewġ penalties hekk kif il-Brażil għelbu lill-Korea t’Isfel bl-iskor kbir ta’ 5-1 f’Seoul nhar il-Ħamis.

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain skorja t-72 u t-73 goal tiegħu għal pajjiżu biex resaq viċin ir-rekord ta’ Pele ta’ 77 goal għall-Brażil.

Il-Brażil imisshom  jilagħbu kontra l-Ġappun f’Tokjo nhar it-Tnejn, filwaqt li l-Korea t’Isfel tilqa’ ċ-Ċilì fl-istess jum.

Qabel il-partita, il-player ta’ Tottenham Son ingħata l-ogħla unur sportiv tal-Korea t’Isfel, il-Midalja Cheongnyong, mill-President Yoon Suk-yeol.

Ekonomija

Sport