Saturday, May 4, 2024

Ngħożż – Cherylis: Direzzjoni Mużikali Differenti minn tas-Soltu

Aqra wkoll

“Nifs ‘il ġewwa… nifs ‘il barra”, l-ewwel vers tar-ritornell tas-silta Nifs, interpretata b’suċċess minn Cherylis fl-aħħar edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Mirquma b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, xogħol mużikali ta’ Philip Vella, u bi produzzjoni tal-istess Philip Vella, kollaborazzjoni m’ibnu Sean Vella, Nifs rebħet il-ġurija professjonali, u għaldaqstant il-festival, li għal diversi snin serva bħala pjattaforma għall-artisti stabbiliti, fosthom: Miriam Christine, Fabrizio Faniello; Mike Spiteri; Amber u Michela Galea.

YouTube video

Illum, Cherylis ser terġa’ tgħix dawk l-emozzjonijiet sbieħ li ħasset proprju sentejn ilu, hekk kif titla’ fuq il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal għal Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn bħala mistiedna speċjali tinterpreta kemm Nifs, kif ukoll silta ġdida li ġġib l-isem ta’ Ngħożż. Maħluqa mill-istess tim ta’ kittieba, Cherylis tiddeskrivi din il-kanzunetta bħala waħda ‘differenti minn tas-soltu’, filwaqt li żżid tgħid li tinsab ‘eċitata ferm biex tinterpretaha.’

Fi kliem l-awtur, il-kanzunetta ‘titratta dwar id-diversi emozzjonijiet sbieħ li ġġib magħha l-imħabba.’ Hu jżid jgħid, ‘jeżistu numru ta’ sitwazzjonijiet madwarna fejn l-imħabba vera tkun nieqsa u għaldaqstant xtaqt li permezz ta’ din il-lirika, niġbed l-attenzjoni għal dan l-apprezzament.’ Jikkumplimenta r-rilaxx ta’ Ngħożż huwa vidjo bil-lirika tal-kanzunetta maħdum barra minn Malta. Dan il-vidjo jagħti dehra viżiva lil-lirika permezz ta’ tpinġijiet magħmula bl-idejn. Tistgħu ssegwuh kemm fuq il-paġni tal-midja soċjali ta’ Cherylis, kif ukoll fuq YouTube fil-jiem li ġejjin.

Ngħożż hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds mil-lum 22 ta’ Settembru.

Sport