Saturday, May 18, 2024

NGOs ifakkru l-qtil tal-immigrant Lassana Cisse

Aqra wkoll

F’għeluq it-tielet sena mill-qtil bla sens ta’ l-immigrant Lassana Cisse, bosta għaqdiet mhux governattivi llum jingħaqdu flimkien biex ifakkru dan l-anniversarju. Lassana kien inqatel waqt li kien miexi għall-affari tiegħu fi triq fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Il-qtil ta’ Lassana Cisse kien l-ewwel każ ta’ qtil razzjali f’pajjiżna.

Żewġ eks-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, Francesco Fenech ta’ 21 sena, u Lorin Scicluna ta’ 22 sena, jinsabu mixlija bil-qtil tar-raġel, li seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. fis-6 ta’ April ta tliet snin ilu. It-tiri fatali kienu ġew sparati minn karozza li kienet qed tinstaq.

Fl-istess omiċidju, kienu ntlaqtu wkoll żewġ immigranti oħra mit-tiri sparati.

Għall-ħabta tal-5.30p.m., diversi għaqdiet u ħbieb ta’ Lassana Cisse se jinġabru quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta biex jitolbu ġustizzja għal Lassana u t-tmiem tar-razziżmu f’Malta. Dan l-avveniment se jkun indirizzat minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet u persuni mill-komunità Ivorjana.

Sport