Tuesday, May 14, 2024

“Qatgħulhom ilsienhom, stuprawhom quddiem uliedhom u qatluhom”

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russi “bl-aktar reati terribbli fil-gwerra” sa mit-Tieni Gwerra Dinjija. 

Waqt li kien qiegħed jagħmel l-intervent tiegħu f’laqgħa virtwali mal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, Zelensky iddeskriva l-atroċitajiet li ra fiż-żjara tiegħu f’Bucha. Fost xeni tal-biża’ li tkellem dwarhom, il-President Ukren iddeskriva t-toroq b’katavri mxerrdin fi dmija, b’uħud minnhom anke b’ilsienhom maqtugħ.

“Fil-massakru tar-Russi, iċ-ċittadini tagħna spiċċaw maqtulin b’tiri fit-triq u oħrajn twaddbu fi bjar biex imutu f’disperazzjoni u sofferenza. Oħrajn inqatlu mgħaffġin mit-tankijiet tal-gwerra Russi waqt li kienu fil-vetturi tagħhom. Nisa spiċċaw stuprati u maqtulin quddiem uliedhom stess. Dawk li pruvaw bil-kelma t-tajba spiċċaw b’ilsienhom miġbud u maqtugħ għax l-aggressuri ma ridux jisimgħu dak li kellhom xi jgħidu”, tenna Zelensky.

Sport