Friday, December 13, 2024

Nhar it-Tlieta l-President Ukren mistenni jindirizza lill-Parlament Malti

Aqra wkoll

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, mistenni jindirizza lill-Parlament Malti nhar it-Tlieta li ġej fl-4pm. Dan ħabbru l-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, fuq l-Istazzjon Nazzjonali waqt intervista li kellu fuq il-programm TVAM.

Dr Farrugia spjega li sal-bieraħ stess kienu għaddejjin b’taħditiet dwar dan u s’issa jidher li kollox se jkun qed iseħħ kif pjanat diment li ma tinqalax xi problema min-naħa tal-Ukrajna.

Sadanittant, għada mistenni li jerġa’ jiftaħ il-Parlament Malti fejn se tkun qed tingħata bidu għall-14-il leġiżlatura.

Ekonomija

Sport