Tuesday, May 7, 2024

Passiġġiera fuq mutur issofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Mara, raġel u tfajla kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23:30pm, fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta. 

L-inċident seħħ bejn karozza BMW 120D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Gżira u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imġarr. Passiġġiera fuq il-mutur Peugeot kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti l-Imġarr. 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lit-tliet persuni involuti fl-inċident sakemm dawn setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard il-passiġġiera tal-mutur ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji, filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra minn ġrieħi gravi. Il-mara ta’ 28 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport