Julia, it-tifla ta’ 10 snin li tilfet il-battalja mal-kanċer se tkun qegħda tingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Lija, nhar it-Tnejn 11 ta’ Marzu fit-8:30 a.m
Fuq xewqa tal-familjari, dawk kollha li huma mistennja jattendu għall-funeral, huma mħeġġa li jilbsu lbies ikkulurit.
Intant bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Julia, fejn iddiskrivewha bħala persuna dejjem bi tbissima fuq fommha minkejja t-tbatja li kienet għaddejja minnha.
Fost il-persuni li sellmu l-memorja ta’ din it-tifla, kien hemm il-messaġġ ta’ommha li qalet; Ġejna mberkin bir-rigal li hija Julia u ngħożżu għal dejjem kull mument u issa t-tifkira tagħha.