Saturday, December 21, 2024

Nicholas Jackson jista’  jeħel sospensjoni fit-tul

Aqra wkoll

Chelsea jista’ jkollhom lill-attakkant, Nicholas Jackson, sospiż fit-tul wara li deher jagħti daqqa ta’ ħarta lil player ta’ Nottingham Forest fid-draw ta’ 1-1. 

Il-konfront tal-Premier League fi Stamford Bridge spiċċa fi ġlieda kbira li fiha kienu nvoluti players u coaches taż-żewġ naħat.

Kien fit-88 minuta, meta d-difensur tal-Forest, Neco Williams, li imbotta  u xeħet lid-difensur Marc Cucurella fin-naħa taż-żona teknika ta’ Chelsea. 

F’dak il-mument il-kamp tal-Blues għamel reazzjoni biex mbagħad players taż-żewġ naħat kienu involuti fi ġlied.  

Fost dawn kien hemm Jackson li kien sostitwit minn Christopher Nkunku, fil-81 minuta.

Filmati wrew lil Jackson imur jiġri fid-direzzjoni tal-player avversarju, Morato, u jxejjirlu daqqa ġo wiċċu. 

Imbagħad, players sħabu ppruvaw jiġ­bduh lura hekk kif l-argumenti u l-imbuttaturi baqgħu għaddejjin bejn il-players avversarji. 

Jackson irnexxielu jevita li jiġi ammonit mir-referee iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal Williams u ż-żewġ players ta’ Chelsea, Cucurella u Levi Colwill, li kollha tniżżlu fil-ktejjeb tar-referee Chris Kavanagh.

U minkejja li l-VAR qabad lil Jackson iħebb għal Morato, l-FA wegħdet li se terġa’ tara l-filmati u se tieħu l-passi neċessarji. 

Jekk Jackson ikun ħati ta’ għemilu, huwa mistenni jiffaċċja sospensjoni fit-tul.

Dan il-konfront jaħraq, ra sitt players ta’ Chelsea jintwerew il-karta s-safra u għal­daqstant se jeħlu multa ta’ £50,000.

Kemm Cucurella kif ukoll Wesley Fofana, li tellgħu total ta’ sitt karti sofor mill-bidu tal-istaġun, se jkunu sospiżi għall-partita kontra Liverpool li se tintlagħab wara l-waqfa internazzjonali, f’Anfield.  

Dan filwaqt li ż-żewġ clubs se jiġu mmultati minħabba li naqsu li jikkontrollaw lill-players tagħhom. 

F’din il-partita tkeċċa wkoll James Ward-Prowse (78) għal żewġ karti sofor. 

Ekonomija

Sport