L-atleti Maltin Nick Bonett u Matthew Azzopardi telqu lejn Dakar, is-Senegal, bi tħejjija għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ tal-2026.
Bonett se jikkompeti fit-tiġrija tal-400 metru (irġiel) nhar il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, filwaqt li Azzopardi se jirrappreżenta lil Malta fit-tiġrija tat-800 metru (irġiel) nhar it-Tnejn, 9 ta’ Novembru. Iż-żewġ avvenimenti se jsiru fl-istadium Stade Iba Mar Diop.
Iż-żewġ atleti huma akkumpanjati mill-kowċ Tiziana Zammit, hekk kif qed jippreparaw biex jirrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonali.




