Il-midfielder ta’ Inter, Nicolo Barella irid jingħaqad biss ma’ Manchester United jekk qatt jiddeċiedi li jmur jilgħab fil-Premier League fl-Ingilterra.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa midfielders fil-futbol dinji, u rebaħ l-unuri kemm ma’ Inter kif ukoll mal-Italja aktar kmieni din is-sena.
Iċ-champions tas-Serie A bħalissa jinsabu fil-proċess li jinnegozjaw kuntratt ġdid mal-player, minkejja li t-termini eżistenti tiegħu jdumu sal-2024.
Madankollu, Barella mhux kontra trasferiment ma’ Manchester United f’xi punt fil-futur.
United kważi ċertament se jkunu fis-suq għal player ġdid f’dik il-pożizzjoni matul iż-żewġ twieqi tat-trasferimenti li jmiss.
Huwa mifhum ukoll li Barella m’għandu l-ebda interess li jerġa’ jingħaqad ma’ Antonio Conte ma’ Tottenham Hotspur.