Tuesday, April 23, 2024

Għawm: Rekord nazzjonali minn Sasha Gatt fil-1500m

Aqra wkoll

Waqt is-sessjoni ta’ filgħodu tal-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Short Course li qed isiru f’Kazan, Sasha Gatt ħadet sehem fl-avveniment tal-1500m Freestyle. Hi rreġistrat ħin ta’16:46.28 u stabbilixxiet Rekord Nazzjonali ġdid ta’ Short Course fuq din id-distanza.

Minħabba li din id-distanza ġiet introdotta reċentement għan-nisa, ma kien hemm l-ebda ħin preċedenti rreġistrat.

Malta qed tkun rappreżentata fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm LEN Short Course minn Dylan Cachia, Sasha Gatt u Thomas Wareing.

Sport