il-midfielder tal-Italja, Nicolo Barella, mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Inter. Bħalissa l-ftehim li għandu l-plejer ta’ 26 sena jiskadi fl-2026 iżda i Nerazzurri huma lesti sabiex jiddiskutu t-tiġdid tiegħu.
Barella jinsab kuntent f’Milan u għalhekk m’għandux ikun problemi sabiex jiġġedded dan il-kuntratt.
L-eks plejer ta’ Como u Cagliari ilu ma’ Inter sa mis-sena 2020 fejn lagħab 124 partita u skorja 14-il gowl.