Wednesday, July 24, 2024

Renato Sanches mistenni jitlaq lil Roma

Aqra wkoll

Jidher li l-attakkant internazzjonali Portugiż Renato Sanches xejn ma jinsab għal qalbu ma’ AS Roma hekk kif mhux kuntent bil-minuti li qed jingħata mill-kowċ Jose Mourinho.

Fl-aħħar żewġ partiti li i Giallorossi lagħbu kontra Bologna u Napoli, Sanches ġie użat ftit minuti fl-ewwel waħda filwaqt li ġie kompletament eskluż fit-tieni waħda.

Sanches jinsab b’self ma’ Roma mingħand Paris St Germain iżda xnigħat persistenti qed jgħidu li huma biss ġranet li hu fadallu fil-belt kapitali Taljana.

Sadanittant b’suppervja Sanches ħassar il-profil ta’ AS Roma minn fuq l-Instagram tiegħu.

Ekonomija

Sport