Sunday, December 22, 2024

“Nikkundanna l-aġir tal-Oppożizzjoni … illum nifhem għaliex sfiduċjawk Delia”- Daniel Attard

Aqra wkoll

“Nikkundanna l-aġir tal-Oppożizzjoni. Jekk taqra r-rapport tal-Awditur Ġeneral, tara li il-PM Abela ħa passi mill-bidu. Huwa surreali kif Delia jgħid li l-establishment huwa l-Gvern. Jekk hawn xi ħadd li tkellem fuq l-establishment huwa Delia u llum nifhem li għalhekk sfiduċjawk “.

Dan iddikjarah il-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Daniel Attard, waqt dibattitu politiku li kellu fuq stazzjon televiżiv, hekk kif kien qiegħed jiddibatti ma’ Adrian Delia

Attard spjega li l-poplu għandu jivvota għall-kandidati tal-Partit Laburista, għax skontu l-PL huwa l-unika partit li jkun fejn ikun u li jkun. ma’ min ikun, ma’ jkun kattiv ma’ ħadd. Qal li l-PL jirrispetta l-poplu u lill-votant, mhux bħal Partit Nazzjonalista li lanqas jirrispetta lin-nies tiegħu stess.

Dwar l-inkjesta, il-kandidat qal li ma rahiex u li l-Prim Ministru Robert Abela għamel talba sabiex din tiġi ippublikata. Żied jgħid li huwa se jkun qiegħed jingħaqad. mal-PM sabiex kulħadd isir jaf il-fatti kollha.

Attard qal ukoll; “Li huwa surreali huwa li l-ġudizzji qed jagħmilhom Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista. Issa Adrian Delia l-ewwel wieħed jaf x’inhu timing politiku għax hu stess affaċċja t-timing politiku. Issa jġġudika l-poplu jekk dak li qed ngħid huwiex ħela ta’ ħin jew le”.

Ekonomija

Sport