Tuesday, March 11, 2025

‘Ninsab grat ħafna li lħaqt l-objettiv tal-400 logħba fil-karriera tiegħi’ – Jonathan Debono

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Kien missieri li ressaqni lejn il-logħba tal- utbol. U minn eta’ zgħira bdejt nitħarreg fin-nusery ta’ Birkirkara.

Għaliex għazilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?

Meta kont żgħir kont insegwi it-tim ta’ Manchester United u dak iż-żmien kien jispikka il- goalkeeper Peter Schmeichel u b’hekk ngbidt lejn dan ir-rwol.

Iddeskrivi l-esperjenzi tiegħek qabel ingħaqadt ma’ Mġarr United.

Kelli diversi esperjenzi ma’ diversi klabbs kemm fil-Premier u kemm fiċ-Challenge league, fosthom ma’ Sirens, Hamrun, Balzan, Hibernians, Gudja, Mosta, Mqabba, Floriana, Tarxien, St Andrews u Marsa. Kienu esperjenzi li fil-maġġoranza tagħhom kienu pożitivi u ġew milħuqa tragwardi sbieħ.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek s’issa ma’ Mġarr United?

Esperjenza pożittiva ħafna, ambjent sabiħ, klabb organizzat u b’ambizzjonijiet sbieħ.


X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

Dan l-istaġun l-ambizzjonijiet tagħna huwa li nikkonfermaw postna fid-diviżjoni tagħna u li ntejbu il-wirjiet tagħna minn logħba għall-oħra.

X’tikkummenta fuq il-fatt li proprju fil-jiem li għaddew ilħaqt it-tragward tal-400 logħba fil-karriera tiegħek, fejn irnexxielek issalva wkoll penalty?

Ninsab grat ħafna li lħaqt dan l-objettiv. Naturalment ma kinitx faċli u kienet tirrikjedi ħafna xogħol u sagrifiċċju. Peró, inħares lura b’sodisfazjon kbir u nħares ‘il quddiem għal iktar. 

Naturalment, ninsab kuntent li fl-400 logħba irnexxieli ngħin lill-klabb fit-tragward storiku li kellu li jikkonferma postu fil-BOV Challenge League għal sena oħra.

Kemm hu differenti l-BOV Challenge League mill-Malta Premier?

Il-livell tal-BOV Challenge League ogħla ħafna f’dawn l-aħħar snin. Kif kulħadd jaf numru ta’ plejers stabbiliti fil-Malta Premier qed jilagħbu fil-BOV Challenge League f’dawn l-aħħar snin. 

Apparti d-differenza fin-numru ta’ plejers barranin, il-Malta Premier huwa ftit iktar veloċi u milgħub fuq livell iktar tattiku.


Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nemmen li għad fadalli ħafna x’noffri fil-futbol lokali. Għal Grazzja t’ Alla nħossni fiżikament b’saħħti. Għalkemm b’ħafna sagrifiċċji ħa nkompli nistinka u naħdem biex nibqa’ fiżikament tajjeb u nkompli nilgħab ghal aktar snin.


Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Taqtgħu qalbkom qatt. Il-logħba tal-futbol hija bbażata fuq opinjonijiet, dejjem emmnu fikom nfuskom,  stinkaw u aħdmu b’dedikazjoni u bla waqfien biex titijiebu u dejjem kunu lesti biex titghallmu u agħtu l-massimu f kull ma tagħmlu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport