Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Bdejt nilgħab il-futbol kmieni ħafna, meta kont tifel.
Kif ġejt tilgħab f’Malta?
Ġejt nilgħab f’Malta permezz ta’ ħabib li kien jilgħab f’Għawdex u rrakkomandali li ningħaqad ma’ Għarb Rengers FC.
Iddeskrivi l-esperjenzi passati tiegħek ma’ Hamrun Spartans u Nadur Youngsters.
Kienu esperjenzi tajba ħafna fejn irnexxieli nirbaħ il-Kampjonat maż-żewġ timijiet.
U l-aħħar waħda tiegħek fl-Indoneżja.
L-esperjenza tiegħi fl-Indoneżja ma kinitx daqshekk tajba. Ma adattajtx ruħi tajjeb, jien u l-familja tiegħi, speċjalment ibni, allura ridt immur lura l-Brażil. Naħseb li bqajt mal-familja tiegħi għal xi żmien. Wara li miet nannu, ma kontx iffukat 100% fuq il-futbol. Dak ukoll waqqafni.
Kif qed tħares ‘il quddiem lejn l-esperjenza l-ġdida tiegħek ma’ Xewkija Tigers?
Ninsab ħerqan li nilgħab ma’ Xewkija Tigers FC … għandna tim tajjeb u kowċ tajjeb.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel matul is-snin?
Il-futbol Malti jinsab f’livell tajjeb ħafna, qed jevolvi malajr u għandu timijiet mill-aqwa.
U dak tar-riżorsi (il-grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Il-grawnd huwa tajjeb ħafna … jogħġobni l-Gozo Stadium.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Għad narawk kowċ ‘il quddiem?
Għadni ma nafx! Qed naħseb li nkompli nilgħab għal ftit snin oħra!
Għaddi messaġġ finali lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Għaż-żgħażagħ li qed jaħsbu dwar il-futbol illum, taqtgħux qalbkom mill-ħolm tagħkom, iġġieldu għalihom! Għall-ewwel, mhux faċli, imma b’ħafna sfidi, kollox jiġi f’postu, finalment!