Friday, December 20, 2024

Nipproteġu l-ħajja u s-saħħa tal-omm filwaqt li nagħtu serħan il-moħħ lil kulħadd

Aqra wkoll

Bl-emendi li qed iressaq il-Gvern għall-Kodiċi Kriminali, filwaqt li se nassiguraw li l-ħajja u s-saħħa tal-omm jiġu mħarsa, fl-istess ħin se nagħtu wkoll serħan il-moħħ li jkun hemm fis-seħħ il-proċeduri meħtieġa bil-għan li tkun eskluża l-possibilta’ ta’ xi abbuż minn din il-bidla importanti.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn saħqu li sal-lum, tabib li jwettaq l-intervent biex isalva ħajja ta’ mara jista’ jeħel piena ta’ priġunerija u interdizzjoni perpetwa mill-eżerċizzju tal-professjoni. Bil-bidla, tista’ ssalva minnufih ħajja ta’ mara li tkun f’periklu mmedjat. Jekk hemm periklu mmedjat, allura m’hemmx ħtieġa ta’ tliet professjonisti.

Ramona Attard sostniet kif l-għan aħħari ta’ din l-emenda se jkun li t-tobba u ommijiet prospettivi jkunu protetti. “Jalla ma jkun hemm ħadd li jkollu bżonn li jibbenefika minnha għax tkun tfisser kumplikazzjonijiet mediċi li ġew evitati imma anki jekk ikun hemm imqar mara waħda biss li waqt tqala, ikollha ħajjitha f’periklu jew saħħitha f ’periklu gravi, hemmhekk allura aħna għandna l-obbligu li nressqu ’l quddiem din l-emenda sabiex inħarsu kemm lit-tobba tagħna u kif ukoll lill-ommijiet prospettivi minn proċeduri kriminali f ’mument daqstant sensittiv fit-tqala tagħhom.”

Rebecca Buttigieg spjegat kif illum, kulħadd qed jaqbel li din il-bidla fil-liġi hija meħtieġa. “Fl-aħħar xhur ikkonvinċejna dwar dan u fejn kellna min jgħid li l-bidla mhix meħtieġa, illum kulħadd ġie magħna u qed jifhem kif din hi bidla li trid issir. Il-gvern fiehem u pperswada. L-ostetriċi u l-ġinekologi stess qalu li llum qed jaħdmu f’vaccum legali. Fost dawk li kienu l-iktar voċiferi li mhemmx bżonn bidla kien hemm il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista dejjem għamilniha ċara li ma konniex lesti nħallu kollox kif inhu. Il-bidla kien hemm bżonnha. Illum fil-PN hemm min ġie jaħsibha bħalna.”

Il-Partit Laburista se jibqa’ l-partit li ma jibżax mill-bidla, speċjalment meta din il-bidla tkun maħsuba biex iġġib ġustizzja soċjali bħalma huma dawn l-emendi li jipproteġu lil mara u lill-professjonisti, filwaqt li jagħtu serħan il-moħħ lil kulħadd.

Ekonomija

Sport