Sunday, November 24, 2024

Nirien fil-Kanada: Miljuni ta’ nies imħeġġa jilbsu l-maskri minħabba dħaħen qawwija

Aqra wkoll

Miljuni ta’ persuni fl-Amerika ta’ Fuq ingħataw parir biex jilbsu l-maskri minħabba nuqqas ta’ kwalità tal-arja mqanqla minn nirien kbar fil-Kanada.

Fi New York infatti qegħdin jitqassmu maskri b’xejn. In-nies qed ikunu mħeġġa jilbsu dawn il-maskri jekk ma jkunux jistgħu jibqgħu ġewwa.

Uffiċjali oħra wissew li l-kundizzjonijiet perikolużi tad-duħħan mistennija jibqgħu jippersistu fi tmiem il-ġimgħa. Ħafna mid-duħħan intqal li ġej minn Quebec.

L-Erbgħa li għadda, il-Gvernatur ta’ New York Kathy Hochul ħabbret li se tqassam miljun maskra lir-residenti. “Din hija sitwazzjoni temporanja. Din mhijiex il-Covid,” hija qalet f’konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Gvernatur żied li l-karozzi tal-linja u l-ferroviji għandhom sistemi ta’ filtrazzjoni tal-arja ta’ kwalità għolja li jagħmluhom siguri li jsir vjaġġar fihom.

Sport