Wednesday, April 24, 2024

Golf: The Rest iżommu t-titlu

Aqra wkoll

The Rest baqgħu jżommu t-titlu tal-konfront annwali tal-aħħar tal-istaġun organizzat mir-Royal Malta Golf Club wara li spiċċaw fi draw ta’ 12-12 kontra Team Malta.

Fl-avveniment li sar fil-korsa tal-golf fil-Marsa, il-plejers Maltin lagħbu kontra dawk barranin li huma bbażati f’Malta.

Kienu tlett ijiem ferm impenjattivi għall-golfers Maltin li kellhom wirjiet tajbin għalkemm l-avversarji tagħhom irrispondew u dejjem ġabu l-iskor indaqs.

Hekk kif Malta kienu qed jirbħu, fl-aħħar logħba Tim Cleasby għeleb lil Kim Borg sabiex kiseb il-punt drammatiku li biha żammew it-titlu.

Minkejja li dan il-konfront spiċċa fi draw, ir-regola tgħid li r-rebbieħa tas-sena l-oħra jibqgħu jżommu x-xabla ġaladarba l-Maltin ma ħadux rebħa. Fil-fatt tajjeb ta’ min jgħid li t-tifkira li tingħata f’dan ir-rigward hi xabla u mhux trofew. Dan it-turnament ilu jsir mis-snin sebgħin meta l-Ingliżi kienu għadhom f’pajjiżna.

Fi tmiem l-attivita’, Benjamin Mangion, captain ta’ Team Malta ippreżenta x-xabla lill-captain ta’ The Rest Gernot Mac Smith.

Sport