Meta wieħed isemmi l-ajruport ta’ Heathrow mill-ewwel jaħseb f’wieħed mill-akbar ajruporti fid-dinja u tista’ tgħid jieqaf hu, u s-servizz tal-avjazzjoni madwar id-dinja jkollu effetti kbar.
Matul il-lejl li għadda nirien kbar ħakmu partijiet mill-ajruport hekk kif substation li tagħti d-dawl lill-ajruport ħadet in-nar.
Konsegwenza ta’ dan, l-aktar ajruport ‘busy’ fir-Renju Unit kellu jagħlaq l-4 terminal tiegħu bħala prekawzzjoni u mijiet kbar ta’ titjiriet tħassru.
Id-diretturi tal-ajruport qegħdin jgħidu li mill-inqas għandu 24 siegħa magħluq.
L-effetti li se jkollu fuq id-dinja wieħed għad irid jarhom, li hu żgur li miljuni ta’ passiġġieri llum ġew affetwati.