“L-ewwel kelma tiegħi hija grazzi. Naf li huwa irwol b’responsabilità. Nirringrazzja lil membri kollha tal-Kamra tal-fiduċja sħiħa li tawni”.
Dan kien l-ewwel messaġġ li wassal l-Ispeaker Carmelo Abela fl-ewwel diskors tiegħu. Fid-diskors tiegħu, Abela irrimarka li jrid juri l-apprezzament lil Ispeaker ta’ qablu Anġlu Farrugia.
Abela qal ukoll; “Insellem u nirrikonoxxi l-ħidma tal-ispeakers kollha għax kollha taw sehemhom fil-Parlament Malti. Nirringrazzja lil marti Melanie tas-sapport u lit-tfal li minn żgħar li minn żgħar jafu l-ħajja pubblika, lil ġenituri u lil kull min tani sapport”.
Tenna billi rrimarka li l-Parlament huwa l-post fejn il-politika tiltaqa’ u li hu li issa nħatar bħala Speaker tal-Kamra lest li jaħdem.

