It-team nazzjonali tan-nisa Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija nhar it-Tlieta li ġej, 3 ta’ Diċembru, fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, li tibda fis-2.00 pm.
Bi tħejjija għal din il-partita, it-team se jilgħab partita ta’ taħriġ kontra l-istess Ungerija, illum il-Ġimgħa, li se ssir fit-Training Grounds f’Ta’ Qali bil-bibien magħluqa.
Din il-logħba ta’ ħbiberija hija parti mill-preparazzjoni ta’ Malta għall-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Women’s Nations League li jmiss, fejn ġew imtellgħin fi Grupp C2 flimkien ma’ Ċipru, Georgia u Andorra, u t-team se juża l-partita kontra l-Ungerija biex jirfina t-tattiċi u jibni momentum qabel dawn il-partiti importanti.
Il-coach Manuela Tesse, ħabbret skwadra proviżorja fejn hija ħerqana li tevalwa lill-players tagħha f’ambjent kompetittiv qabel ma jibdew il-partiti tan-Nations League.
Il-logħba se tintwera diretta fuq TVMSports+.
L-iskwadra ta’ 27 player magħżula minn Tesse hija:
Goalkeepers: Gulia D’Antuono, Patricia Ebejer (Mgarr U.), Christiana Pisani (Lija A.).
Difensuri: Charlene Zammit, Valentina Rapa (Birkirkara), Emma Lipman (Genoa), Alexandra Gatt (Durham), Emma Xuereb, Tammy Falzon (Swieqi U.), Abigail Camilleri, Rebecca Bajada (Mgarr U.), Jessica Dimech (Hibernians).
Midfielders: Shona Zammit (Swieqi U.), Rachel Cuschieri (Genoa), Brenda Borg, Maia Debono (Mgarr U.), Yulya Carella, Michela Cachia, Sarah Urpani (Swieqi U.), Nicole Sciberrras (Hibernians), Gabriella Zahra (Birkirkara).
Attakkanti: Maria Farrugia (Sheffield U.), Ylenia Carabott (AFC Fylde), Haley Bugeja (Inter), Kailey Willis (Venezia), Maya Lucia (AP Orlen Gdańsk, Polonja), Leah Ayres (Hibernians).
TELFIET KBAR GĦALL-U/15 F’PARTITI TA’ ĦBIBERIJA
It-team nazzjonali Malti tas-subien ta’ Taħt il-15-il sena, sofra żewġ telfiet kbar bl-iskors ta’ 4-1 u 5-0 f’partiti ta’ ħbiberija kontra l- Montenegro.
Kif jindikaw ir-riżultati, it-team immexxi mill-coach, Jonathan Holland, sabha diffiċli biex jinfiltra d-difiża avversarja.
Il-goals tal-ewwel logħba ġew minn Nikola Vukoje (9, 15 u 52) li skorja hat-trick u Aleksa Causevic (32) għal Montenegro waqt li Lukas Wright (49) skorja l-goal Malti.
Fit-tieni logħba l-goals waslu minn Nikola Milacic (2), Jovan Petrovic (39) Nikola Vukoje (84) u Luka Vusurovic (86 u 88).