Thursday, December 26, 2024

Nisa tqal u ommijiet Taljani se jkollhom parkeġġ riservat 

Aqra wkoll

Li persuna tmur tixtri f’ħanut u jirnexxielha ssib parkeġġ mill-ewwel hija diġa battikata, aktar u aktar għal nisa li jkunu tqal u għal l-ommijiet bi tfal żgħar magħhom. Sabiex titaffa xi ftit din il-problema, fl-Italja ġiet introdotta sistema ta’ parkeġġi mingħajr ħlas għal nisa tqal u għal ommijiet bi tfal iżgħar minn sentejn. 

L-għan ta’ dawn il-parkeġġi riservati, li t-taljani jirreferu għalihom bħala ‘parcheggio rosa’, għal kuluri roża tagħhom sabiex jintagħrfu, huwa sabiex dawn in-nisa jingħataw aktar għajnuna. Dawn ix-xorta ta’ pakeġġi se jkunju f’żoni differentii, l-aktar qrib ħwienet, skejjel u sptarijiet. 

Il-Gvern taljan ħabbar din is-sistema ġdida, wara li l-Gvern lura għall-2021 kien iddiskuta t-tema tal-kodiċi tat-toroq, fejn sostna li kien hemm bżonn kbir ta’ parkeġġi apposta għal nisa f’żoni identifikati. 

L-Italja m’hiex l-ewwel pajjiż li qiegħed jagħmel dan. Din l-inizjattiva kienet diġa teżisti f’pajjiżi oħra, fosthom fiċ-Ċina u fil-Korea ta’ Isfel. L-inizjattiva tal-parkeġġi apposta għal nisa tqal u ommijiet ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd. Infatti din kienet ġiet ikkritikata b’qawwa fiċ-Ċina, wara li sewwieqa nisa akkużaw lin-negozji b’sessiżmu.  

Ekonomija

Sport